Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2010 - Foshan City Nanhai Golden Step Industrial vs Il-Kunsill

(Kawża T-410/06) 1

"Dumping - Importazzjonijiet ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Kalkolu tal-valur normali maħdum - Prezz tal-esportazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dannu - Obbligu ta' motivazzjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Foshan City Nanhai Golden Step Industrial Co., Ltd (Lishui, iċ-Ċina) (rappreżentanti: I. MacVay, solicitor, R. Thompson, QC, u K. Beal, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); u l-Confédération européenne de l'industrie de la chaussure (CEC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Vlaemminck, G. Zonnekeyn u S. Verhulst, sussegwentement minn P. Vlaemminck u A. Hubert, avukati)

Suġġett

L-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta' Ottubru 2006, [li] jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn [żraben] bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, p. 485), sa fejn dan jirrigwardha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Foshan City Nanhai Golden Step Industrial Co., Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Confédération européenne de l'industrie de la chaussure (CEC) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 42, 24.2.2007.