Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Mejju 2012 - Mizuno vs UASI - Golfino (G)

(Kawża T-101/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti G+ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mizuno KK (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: T. Raab u H.R. Lauf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea u sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Golfino AG (Glinde, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' Diċembru 2010 (Każ R 821/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Golfino AG u Mizuno KK.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mizuno KK hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 120, 16.04.2011.