Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – American Express Marketing & Development vs UASI (IP ZONE)

(Kawżi magħqudaT-102/11 u T-369/12 sa T-371/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali IP ZONE, EUROPE IP ZONE, IP ZONE EUROPE u EUROPEAN IP ZONE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: American Express Marketing & Development Corp. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Spitz, A. Gaul, T. Golda u S. Kirschstein-Freund, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u P. Bullock, aġenti)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 1125/2010-2), u tat-12 ta’ Ġunju 2012 (Każijiet R 1451/2011-2, R 1452/2011-2 u R 1453/2011-2), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, rispettivament, tas-sinjal IP ZONE u tas-sinjali EUROPE IP ZONE, IP ZONE EUROPE u EUROPEAN IP ZONE bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

American Express Marketing & Development Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 130, 30.04.2011.