Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Sébastien Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Dikjarazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 7 tal-Anness V u tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġdid u ta’ annullament tad-deċiżjoni li tirtira l-benefiċċju tar-rikorrenti għal-leave għal raġuni ta’ distanza u tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar bejn il-post tax-xogħol tagħha u l-post ta’ oriġini tagħha li kellha dritt għalihom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni l-ġdida tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara l-illegalità tal-Artikoli 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persual u 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persual;jannulla d-deċiżjoni li ma jingħatawx iktar la l-leave għal raġuni ta’ distanza u lanqas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali lir-rikorrenti mill-2014;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.