Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2012 - Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, griż skur, griż ċar u aħmar skur)

(Kawża T-327/10) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, griż skur, griż ċar u aħmar skur - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b), Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta' Ġunju 2010 (Każ R 189/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, griż skur, griż ċar u aħmar skur bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

V. Fraas GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 288, 23.10.2010.