Language of document : ECLI:EU:T:2011:678





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011 – Chabou vs UASI – Chalou (CHABOU)

(Kawża T-323/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CHABOU – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti Chalou – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 12(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 29, 54-56)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każ R 1165/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chalou GmbH u Chickmouza Chabou.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Chickmouza Chabou huwa kkundannat għall-ispejjeż.