Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 taʼ Marzu 2013 - Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-324/10)

["Unjoni doganali - Importazzjoni taʼ banana li ġejja mill-Ekwatur - Irkupru a posteriori taʼ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 220(2)(b), u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Żball tal-awtoritajiet doganali - Negliġenza manifesta tal-persuna kkonċernata"]

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Firma Léon Van Parys (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment P. Vlaemminck u A. Hubert, sussegwentement P. Vlaemminck, R. Verbeke u J. Auwerx, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Keppenne u F. Wilman, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti : J. C. Halleux u M. Jacobs, aġenti, assistiti minn P. Vander Schueren, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 2858 finali, tas-6 taʼ Mejju 2010, li tikkonstata li huwa ġustifikat li jsir teħid kont a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni u li t-tnaqqis tad-dazji huwa ġġustifikat fir-rigward taʼ debitur, iżda ma huwiex iġġustifikat fir-rigward taʼ debitur ieħor f'każ partikolari.

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 2858 finali, tas-6 taʼ Mejju 2010, li tikkonstata li huwa ġustifikat li jsir teħid kont a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni u li t-tnaqqis tad-dazji huwa ġustifikat fir-rigward taʼ debitur, iżda li ma huwiex ġustifikat fir-rigward taʼ debitur ieħor fʼkaż partikolari, huwa annullat.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Firma Léon Van Parys NV.

Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 274, 09.10.2010.