Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Awwissu 2010 - Chabou vs UASI - Chalou Kleiderfabrik (CHABOU)

(Kawża T-323/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Chickmouza Chabou (Rheine, il-Ġermanja) (rappreżentant: K.-J. Triebold, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Chalou Kleiderfabrik GmbH (Herschweiler-Pettersheim, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent    

tannulla jew temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta' Mejju 2010, fil-Każ R 1165/2009-1 u tiċħad l-oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali CHABOU għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Chalou Kleiderfabrik GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni nazzjonali u internazzjonali ta' Chalou bħala trade mark verbali għall-prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata ma tieħux inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ ineżami, iżda tapplika b'mod strettament formali u skematiku l-prinċipji żviluppati fir-rigward tax-xebh tat-trade marks u l-prodotti u s-servizzi protetti f'dak li jirrigwarda l-probabbiltà ta' konfużjoni, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni b'mod suffiċjenti l-aspetti speċifiċi tal-każ u l-evalwazzjoni neċessarja taċ-ċirkustanzi kollha.

____________