Language of document :

Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-1098/23

    (“ 

L-avviż fil-ĠU fil-Kawża T-1098/23, Khudaynatov vs Il-Kunsill, għandu jaqra kif ġej:

“Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2023 – Khudaynatov vs Il-Kunsill

(Kawża T-1098/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eduard Yurevich Khudaynatov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: T. Bontinck, D. Rovetta u M. Moretto, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

–    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023, sa fejn trendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li inkludiet isem ir-rikorrent fl-anness tad-Deċiżjoni 2014/145, applikabbli sal-15 ta’ Marzu 2024;

–    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 sa fejn iżomm isem ir-rikorrent fil-lista li tidher fl-Anness I tar-Regolament (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014;

–    tiddikjara illegali, sussidjarjament, il-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 1(1)(e) u l-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, u l-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) 2014/269 kif emendat rispettivament bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1094 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1089 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna sa fejn ikopri negozjanti ewlenin li joperaw fir-Russja jew negozjanti, persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li joperaw f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabilizzazzjoni tal-Ukraina.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.    L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

2.    It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-motivi mogħtija mill-Kunsill, u b’mod partikolari dwar il-kriterji ta’ deżinjazzjoni applikati għar-rikorrent u għan-natura tal-miżuri adottati.

3.    It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali.

4.    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.”

____________