Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Alouminion vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-542/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Aluminium – Tariffa preferenzjali tal-elettriku mogħtija permezz ta’ kuntratt – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern – Rexissjoni ta’ kuntratt – Sospensjoni ġudizzjarja, fi proċeduri għal miżuri provviżorji, tal-effetti tar-rexissjoni ta’ kuntratt – Għajnuna ġdida”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Alouminion AE (Maroussi, il-Greċja) (rappreżentanti: G. Dellis, N. Korogiannakis, E. Chrysafis, D. Diakopoulos u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, É. Gippini Fournier, aġenti, assistiti minn V. Chatzopoulos, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, D. Waelbroeck, A. Oikonomou, E. Salaka u C. Synodinos, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2012/339/UE tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.26117 — C 2/2010 (ex NN 62/2009) mogħtija mill-Greċja lil Aluminium of Greece SA (ĠU 2012, L 166, p. 83).DispożittivId-Deċiżjoni 2012/339/UE tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.26117 — C 2/2010 (ex NN 62/2009) mogħtija mill-Greċja lil Aluminium of Greece SA, hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Alouminion AE. Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.