Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2011 - Kraft Foods Global Brands vs UASI - Fenaco (SUISSE PREMIUM)

(Kawża T-60/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Kraft Foods Global Brands LLC (Northfield, EEUU) (rappreżentanti: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Fenaco Genossenschaft (Bern, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta' Novembru 2010, fil-Każ R 522/2010-1, u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-Trade Mark Komunitarja: Fenaco Genossenschaft

Trade Mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark "SUISSE PREMIUM" għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet Nri 30, 31 u 42

Proprjetarju tat-Trade Mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade Mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-Trade Mark "PREMIUM" għall-prodotti fil-klassi Nru 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/20091, peress li hemm riskju ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.

____________

1 - Regolament (KE) Nru 207/2009 tal-Kunsill, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-Trade Mark Komunitarja (ĠU L78, p.1)