Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2023 – Good Services vs EUIPO – ITV Studios Global Distribution (EL ROSCO)

(Kawża T-381/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EL ROSCO – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Good Services Ltd (Sliema, Malta) (rappreżentanti: J. Marín López u F. De Barba, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u E. Nicolás Gómez, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ITV Studios Global Distribution Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Merino Baylos u J. Gracia Albero, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ April 2022 (Każ R 959/2021-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Good Services Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 340, 5.9.2022.