Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Sinopec Chongqing SVW Chemical et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-762/20) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1336 – Kalkolu tal-valur normali – Distorsjonijiet sinjifikattivi fil-pajjiż esportatur – Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Dritt tal-WTO – Prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi – Aġġustamenti – VAT mhux rimborsabbli – Funzjonijiet li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ aġent li jaħdem abbażi ta’ kummissjonijiet – Paragun ġust tal-prezz tal-esportazzjoni u tal-valur normali – Oneru tal-prova – Artikolu 2(10)(b) u (i) tar-Regolament 2016/1036 – Nuqqas ta’ kooperazzjoni – Informazzjoni disponibbli – Artikolu 18 tar-Regolament 2016/1036 – Applikazzjoni doppja – Applikazzjoni penalizzanti – Proċessi ta’ produzzjoni differenti – Twaqqigħ tal-prezzijiet – Segmenti tas-suq – Metodu tan-numri ta’ kontroll tal-prodott – Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament 2016/1036 – Drittijiet tad-difiża – Trattament kunfidenzjali – Artikoli 19 u 20 tar-Regolament 2016/1036”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sinopec Chongqing SVW Chemical Co. Ltd (Chongqing, iċ-Ċina), Sinopec Great Wall Energy & Chemical (Ningxia) Co. Ltd (Lingwu, iċ-Ċina), Central-China Company, Sinopec Chemical Commercial Holding Co. Ltd (Wuhan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Cornelis, F. Graafsma u E. Vermulst, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: G. Luengo, aġent)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Wegochem Europe BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard, D. Moore u A. Pospíšilová Padowska, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile u B. Driessen, aġenti, assistiti minn N. Tuominen, avukata), Kuraray Europe GmbH (Hattersheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. MacLean u D. Sevilla Pascual, avukati), Sekisui Specialty Chemicals Europe SL (La Canonja, Spanja) (rappreżentanti: A. Borsos u J. Jousma, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2020, L 315, p. 1), sa fejn jikkonċernahom.

Dispożittiv

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa annullat sa fejn jikkonċerna Sinopec Chongqing SVW Chemical Co. Ltd, Sinopec Great Wall Energy & Chemical (Ningxia) Co. Ltd u Central-China Company, Sinopec Chemical Commercial Holding Co. Ltd sa fejn, sabiex tikkalkola r-rata tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea tal-alkoħols tal-polivinil immanifatturati u mibjugħa minn dawn tal-aħħar, il-Kummissjoni Ewropea għamlet aġġustamenti għat-tnaqqis tal-prezz tal-esportazzjoni, bis-saħħa tal-Artikolu 2(10)(e), (g), (i) u (k) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Sinopec Chongqing SVW Chemical Co., minn Sinopec Great Wall Energy & Chemical (Ningxia) Co. u minn Central-China Company, Sinopec Chemical Commercial Holding Co.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Wegochem Europe BV, Kuraray Europe GmbH u Sekisui Specialty Chemicals Europe SL għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 53, 15.2.2021.