Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Inivos u Inivos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/21) 1

(“Kuntratti pubbliċi – Proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt – Forniment ta’ robots ta’ diżinfezzjoni lill-isptarijiet Ewropej – Urġenza imperattiva – COVID-19 – Assenza ta’ parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Natura kuntrattwali tat-tilwima – Inammissibbiltà – Responsabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inivos Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Inivos BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Martens, L. Hoet u A. Van Laer, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. André u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Settembru 2020 li tintuża proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt għall-akkwist ta’ robots ta’ diżinfezzjoni, tad-deċiżjoni tat-3 ta’ Novembru 2020 ta’ għoti ta’ dan il-kuntratt, kif ukoll tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2020 li jiġu konklużi l-kuntratti qafas ma’ żewġ operaturi u li jiġu ddikjarati nulli u mingħajr effett dawn il-kuntratti qafas u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, il-kumpens għad-dannu li huma sofrew minħabba dan il-fatt.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Inivos Ltd u Inivos BV huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 98, 22.3.2021.