Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Greenspider vs Eismea

(Kawża T-733/21) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Orizzont2020’(2014-2020) – Spejjeż eliġibbli – Nota ta’ debitu – Rimbors tas-sommom imħallsa”

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Greenspider GmbH (Germering, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Vignolo u V. Palmisano, avukati)

Konvenut: Agenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Inovazzjoni u għall-SMEs (rappreżentanti: A. Galea, V. Roiseux u M. Katrana, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali tikkonstata l-ineliġġibbiltà tal-ammont ta’ EUR 107 206.55 mitlub permezz tan-Nota ta’ debitu Nru 3242101313 maħruġa mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) tas-26 ta’ Jannar 2021, u tikkundanna lill-Agenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Inovazzjoni u għall-SMEs (EISMEA) tħallasha s-somma ta’ EUR 111 475, abbażi tal-Ftehim ta’ sussidju Nru 738441 – SMASH, iffirmat fis-16 u fit-22 ta’ Frar 2017, fil-kuntest tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Orizzont2020’(2014-2020).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Greenspider GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 73, 14.2.2022.