Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' April 2008 - Imelios vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-97/07)1

("Rikors għal annullament - Rikors għal danni - Il-ħames programm għal azzjonijiet Komunitarji ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (1998 - 2002) - Klawsola ta' arbitraġġ - Nota ta' debitu - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Imelios SA (Velizy-Villacoublay, Franza) (rappreżentant: C. Curtil, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Ladenburger u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni, wara rapport ta' verifika ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), li tipproċedi, permezz tan-nota ta' debitu tas-17 ta' Jannar 2007, għall-irkupru tal-ħlas bil-quddiem imħallas fil-kuntest tal-kuntratt, bir-referenza IST-1999-10934 - ASSIST, dwar il-proġett "Knowledge Management for Help Desk Operators", konkluż fil-kuntest tal-ħames programm għal azzjonijiet Komunitarji ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni fil-qasam tas-soċjetà ta' l-informatika konvivjali (1998-2002), u, it-tieni nett, talba għall-ħlas tas-somma ta' EUR 34 368 fir-rigward tal-parti tas-sussidju li għadha trid titħallas b'applikazzjoni ta' dan l-imsemmi kuntratt u, it-tielet nett, talba għal danni intiża sabiex tikseb il-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni ta' l-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Imelios SA hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU C 129, 9.6.2007