Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2015 – Rose Vision u Seseña vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/13) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) – Ftehim ta’ sussidju relattivi għall-proġetti FIRST, FutureNEM u sISI – Rikors għal annullament u għal kumpens – Kwalifika mill-ġdid tar-rikors – Ammissibbiltà – Sospensjoni tal-ħlasijiet – Terminu għall-komunikazzjoni tar-rapport tal-awditjar – Xandir ta’ informazzjoni lil terzi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Rose Vision, SL (Seseña, Spanja); u Julián Seseña (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentanti: M. Muñiz Bernuy u A. Alonso Villa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Sauka, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés u X. M. García García, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni li biha din ipproċediet għas-sospensjoni tal-ħlasijiet fil-kuntest tal-Ftehim ta’ sussidju Nru 246910, relattiv għall-proġett FutureNEM, kif ukoll tar-rapport tal-awditjar finanzjarju 11-INFS-025, li din ibbażat ruħha fuqu biex tadotta l-att imsemmi, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Kummissjoni, fl-ammont ta’ EUR 5 854 264, mingħajr preġudizzju għad-danni li jistgħu jiġu evalwati matul din il-proċedura kif ukoll l-interessi akkumulati.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Rose Vision, SL u Julián Seseña huma kkundannati għall-ispejjeż.