Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta' Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht - il-Ġermanja) - Tomasz Ziolkowski C-424/10), Barbara Szeja, Maria-Magdalena Szeja, Marlon Szeja (C-425/10) vs Land Berlin

(Kawżi magħquda C-424/10 u C-425/10) 

(Moviment liberu tal-persuni - Direttiva /38/KE - Dritt ta' residenza permanenti - Artikolu 16 - Residenza legali - Residenza bbażata fuq id-dritt nazzjonali - Residenza mwettqa qabel l-adeżjoni fl-Unjoni tal-Istat ta' oriġini taċ-ċittadin ikkonċernat)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tomasz Ziolkowski (C-424/10), Barbara Szeja, Maria-Magdalena Szeja, Marlon Szeja (C-425/10)

Konvenuta: Land Berli

fil-preżenza ta': Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Bundesverwaltungsgericht - Interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) - Ċittadin tal-Unjoni li għex legalment, b'mod konformi mad-dritt tal-Istat Membru ospitanti, għal iktar minn ħames snin f'dan l-Istat iżda li qatt ma ssodisfa, matul ir-residenza tiegħu, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/38/KE - Kunċett ta' "residenza legali" - Residenza li t-tul tagħha jammonta għal ħames snin biss jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni perijodi mwettqa qabel id-data tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-Istat ta' oriġini tal-persuna kkonċernata - Determinazzjoni tat-tul tar-residenza meħtieġ sabiex jinkiseb dritt ta' residenza permanenti

Dispożittiv

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin tal-Unjoni li jkun wettaq residenza ta' iktar minn ħames snin fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti biss abbażi tad-dritt nazzjonali tiegħu ma jistax jitqies li kiseb id-dritt għar-residenza permanenti taħt din id-dispożizzjoni, meta, matul din ir-residenza, huwa ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 7(1) ta' din l-istess direttiva.

Il-perijodi ta' residenza ta' ċittadin ta' Stat terz fit-territorju ta' Stat Membru, imwettqa qabel l-adeżjoni ta' dan l-Istat terz fl-Unjoni Ewropea, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fl-Att ta' Adeżjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kisba tad-dritt ta' residenza permanenti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38, sakemm ikunu saru skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tagħha.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.