Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2014 – DF vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/13) 1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Allowance tal-espatrijazzjoni – Spejjeż tal-ivvjaġġar – Kollokament tar-rikorrent fil-pajjiż ta’ nazzjonalità tiegħu – Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DF (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u V. Joris, aġenti, sussegwentement J. Currall, aġent)

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li biha jintalab lir-rikorrent ir-rimbors tal-allowance tal-espatrijazzjoni u tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li huwa rċieva matul il-kollokament tiegħu fil-Ġermanja, bejn l-1 ta’ Settembru 2009 u l-31 ta’ Awwissu 2012, u t-talba għar-rimbors tas-somom diġà rkuprati kif ukoll l-għoti tad-danni.Dispożittiv tas-sentenzaIl-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil DF is-somma ta’ EUR 1 500 bħala kumpens għad-danni morali tiegħu.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u kwart mill-ispejjeż ta’ DF.DF għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.