Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta' Ġunju 2011 - Ashbrook et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-99/10) 

(Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Michael Ashbrook (Lussemburgu, il-Lussemburgu) et (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta, riprodotta fl-istqarrijiet ta' remunerazzjoni tar-rikorrenti, li tillimita l-aġġustament tas-salarji tagħhom, minn Lulju 2009, għal żieda ta' 1.85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta' Diċembru 2009 u talba għad-danni.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-99/10, Michael Ashbrook et vs Il-Kummissjoni.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 13, 15.01.11, p. 42