Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Settembru 2011

Cervelli vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-98/10) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance ta' espatrijazzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Fatti ġodda u sostanzjali - Rikors manifestament inammissibbli)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: F. Cervelli (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. R. García-Gallardo Gil-Fournier u M. Arias Díaz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rifjut li tingħata allowance ta' espatrijazzjoni lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

F. Cervelli għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 13, 15.01.11, p. 42.