Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2023 – Summerbird vs EUIPO - Puratos (AMBER)

(Kawża T-1121/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Summerbird A/S (Assens, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Bartholdy, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Puratos (Groot-Bijgaarden, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea AMBER – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 063 071

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 1816/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija kkonstatat li t-trade mark inkwistjoni hija deskrittiva u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark inkwistjoni fit-totalità tagħha jew għall-inqas parzjalment;

sussidjarjament, tibgħat il-każ lura quddiem l-EUIPO sabiex dan jagħti deċiżjoni ġdida;

tikkundanna lill-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tiegħu u tħallas dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż neċessarjament sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________