Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2023 – Syndicat de défense et de promotion des charcuteries corses vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-597/23 R) 

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Indikazzjoni ġeografika protetta – Denominazzjoni ta’ oriġini protetta – Reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ‘Pancetta de l’Île de Beauté/Panzetta de l’Île de Beauté’, ‘Saucisson sec de l’Île de Beauté/Salciccia de l’Île de Beauté’, ‘Bulagna de l’Île de Beauté’ u ‘Figatelli de l’Île de Beauté/Figatellu de l’Île de Beauté’ – Denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti preċedenti ‘Lonzo de Corse’/‘Lonzo de Corse – Lonzu’, ‘Jambon sec de Corse’/‘Jambon sec de Corse – Prisuttu’ u ‘Coppa de Corse’/‘Coppa de Corse – Coppa di Corsica’ – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: : Syndicat de défense et de promotion des charcuteries corses AOP “Salameria de Corsica” (Aleria, Franza) (rappreżentanti: T. Lachacinski u F. Fajgenbaum, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, B. Rechena u C. Perrin, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrent jitolb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1546 tas-26 ta’ Lulju 2023 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Pancetta de l’Île de Beauté / Panzetta de l’Île de Beauté” (IĠP), “Saucisson sec de l’Île de Beauté / Salciccia de l’Île de Beauté” (IĠP), “Bulagna de l’Île de Beauté” (IĠP) u “Figatelli de l’Île de Beauté / Figatellu de l’ Île de Beauté” (IĠP) (ĠU 2023, L 188, p. 24).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________