Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' April 2008 - Schräder vs CPVO - Hansson (Lemon Symphony)

(Kawża T-134/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Leidereiter u W.-A. Schmidt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet ta' Pjanti (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Jørn Hansson (Søndersø, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell tal-konvenut, ta' l-4 ta' Diċembru 2007 (A 006/2007);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dritt Komunitarju tal-varjetajiet ta' pjanti kkonċernat: Lemon Symphony

Proprjetarju: Jørn Hansson.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti: Nuqqas ta' tħassir, skond l-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 2100/941, tad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità li jkopri lil Lemon Symphony.

Appellant quddiem il-Bord ta' l-Appell: Ir-rikorrent

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda tar-rikors

Motivi invokati:

Ksur ta' l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (KE) Nru 1239/952 safejn ir-rikorrent ma ġiex imħarrek għall-proċedimenti orali;

Ksur tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 71(1) meħuda flimkien mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 21, 67 u 68 tar-Regolament Nru 2100/94 safejn il-fondatezza tar-rikors ma ġietx eżaminata jew ma ġietx eżaminata b'mod definittiv;

Ksur ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 2100/94 u ta' l-Artikolu 230 KE safejn inkiser id-dritt tar-rikorrent għal stħarriġ ġudizzjarju ta' l-osservanza tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba;

Ksur ta' l-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 2100/94 minħabba allegata parzjalità ta' membru tal-Bord ta' l-Appell.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (ĠU L 227, p. 1).

2 - Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1239/95 tal-31 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU L 121, p. 37).