Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2013 – Bouwfonds Ontwikkeling u Schouten & De Jong Projectontwikkeling vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-193/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Bouwfonds Ontwikkeling BV (Hoevelaken, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Schouten & De Jong Projectontwikkeling BV (Leidschendam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: E. Pijnacker Hordijk u X. Reintjes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 87, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24123 (2012/C) (ex 2011/NN) mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi – Allegat bejgħ ta’ art taħt il-prezz tas-suq mill-muniċipalità ta’ Leidschendam-Voorburg.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżit fundamentali li l-Kummissjoni teżerċita l-kompetenzi tagħha f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, u għaldaqstant ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tad-drittijiet tad-difiża u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Billi ħalliet jgħaddu iktar minn 38 xahar bejn il-mument li fih saret taf bil-miżuri kontenzjużi u dak tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni aġixxiet b’dewmien, b’mod żbaljat, u għaldaqstant kisret ir-rekwiżit fundamentali li hija għandha taġixxi f’perijodu ta’ żmien raġonevoli. Barra minn hekk, minħabba l-perijodu ta’ żmien wisq twil meħud għall-eżami, kien iktar diffiċli għar-rikorrenti li jirribattu l-argumenti tal-Kummissjoni, b’tali mod li bl-aġir tagħha l-Kummissjoni kisret ukoll id-drittijiet tad-difiża.

It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas serju fl-istabbiliment u fl-evalwazzjoni tal-fatti rilevanti u/jew ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u/jew ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-prinċipju tal-investitur privat.

Ir-rikorrenti ma rċevew l-ebda benefiċċju finanzjarju, u inqas u inqas benefiċċju finanzjarju li jista’ jitqies bħala għajnuna illegali mill-Istat.Il-Kummissjoni kkalkolat b’mod żbaljat l-ammont tal-allegat benefiċċju peress li, b’mod partikolari, attribwiet 100 % tat-tnaqqis fil-prezz miftiehem lill-muniċipalità, meta t-tnaqqis fil-prezz ġie sostnut minn sħubija pubblika-privata fejn il-muniċipalità kienet issostni 50 % mir-riskju. Il-Kummissjoni injorat ukoll tnaqqis fil-prezz preċedenti miftiehem fi ħdan l-imsemmija sħubija, mingħajr ma tat raġunijiet għal dan.Barra minn hekk, il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-prinċipju tal-investitur privat fid-deċiżjoni kkontestata meta qieset il-miżuri adottati mill-muniċipalità fid-dawl ta’ aġir ipotetiku li ġuridament ma jistax iseħħ u f’kull każ finanzjarjament wisq sfavorevoli ta’ investitur privat fittizzju.It-tielet motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3) TFUEJekk jingħad li teżisti għajnuna mil

l-Istat, tali għajnuna hija f’kull każ kompletament kompatibbli mas-suq intern. Il-Kummissjoni żbaljat meta qieset li l-muniċipalità ma setgħetx issostni li l-miżuri kontenzjużi kienu jsegwu interess komuni. B’dan il-mod, hija evalwat b’mod żbaljat il-miżuri kontenzjużi tal-2009/2010 fil-kuntest tas-sitwazzjoni (iktar favorevoli) tas-suq fl-2004.Għaldaqstant il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-miżuri

kontenzjużi kienu meħtieġa, xierqa u proporzjonati sabiex tingħata ħajja ġdida liċ-ċentru mitluq ta’ Leidschendam, għan li jikkorrispondi mal-għan deskritt b’mod ċar u rikonoxxut tal-UE ta’ koeżjoni ekonomika u soċjali fis-sens tal-Artikolu 3 TEU u tal-Artikolu 174 TFEU. F’dan il-każ ma jistax jingħad

li hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni mhux ġustifikata.