Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2008 - Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Buczek Automotive sp. z o.o. (Sosnowiec, Il-Polonja) (rappreżentant: T. Gackowski, legal adviser)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara invalidi l-Artikoli 1, 3(1) u 3(3) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2000 fil-Każ Nru C-23/2006 (ex NN 35/2006) dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek

sussidjarjament, tiddikjara invalidi l-Artikoli 1, 3(1) u 3(3) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2000 fil-Każ Nru C-23/2006 (ex NN 35/2006) dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek safejn il-Kummissjoni tordna l-irkupru ta' PLN 7 183 528 mill-kumpannija Buczek Automotive sp.z o.o.;

tiddikjara invalidi l-Artikoli 4 u 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 fil-Każ Nru C-23/2006 (ex NN 35/2006) dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek safejn dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw it-twettiq ta' l-irkupru mingħand Buczek Automotive sp. z o.o;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tressaq motivi li jikkoinċidu ma' dawk imqajma mir-rikorrenti fil-Kawża T-440/07, Huta Buczek vs Il-Kummissjoni.1

____________

1 - ĠU 2008 C 22, p.50.