Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Ottubru 2009 - Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-2/08)1

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen (LfM) (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u G.-B. Lehr, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u J. Möller, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/708/KE, tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 34/06 (eks N 29/05 u eks CP 13/04), li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja trid tagħti għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fin-North Rhine-Westphalia (ĠU 2008, L 236, p. 10).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Il-Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 64, 8.3.2008.