Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2015 – Planet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-320/09) 1

[“Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Sistema ta’ Twissijiet Bikrija (EWS) li tippermetti li jiġi identifikat il-livell ta’ riskju assoċjat mal-entitajiet responsabbli mill-għoti ta’ kuntratti – Investigazzjoni tal-OLAF dwar l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku fir-rigward ta’ proġett ta’ modernizzazzjoni istituzzjonali fis-Sirja – Deċiżjonijiet li jiġu attivati t-twissijiet W1a u W1b – Bażi legali – Drittijiet fundamentali – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u F. Dintilhac, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li permezz tagħhom intalbet ir-reġistrazzjoni tar-rikorrenti fis-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija (EWS), kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-attivazzjoni tat-twissijiet W1a, u sussegwentement, W1b.DispożittivId-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li permezz tagħhom intalbet ir-reġistrazzjoni ta’ Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion fis-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija (EWS), kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-attivazzjoni tat-twissijiet W1a, u W1b fejn jikkonċerna lilha, huma annullati.Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.