Language of document : ECLI:EU:T:2009:446





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Novembru 2009 – Hansen vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑295/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Talba li ma għadx għandha skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 3, 4)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tħallas lir‑rikorrent somom ta’ flus sabiex isostni l-inizjattivi tiegħu intiżi li jippromwovu d-dritt għall-ugwaljanza u għan-nondiskriminazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà fil‑ħajja professjonali.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.

2)

Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.