Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Lundbeck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/13) 1

[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram – Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għa’ – Kompetizzjoni potenzjali – Prodotti mediċinali ġeneriċi – Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi – Ftehimiet konklużi bejn il-proprjetarju ta’ privattivi u impriżi ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Artikolu 101(1) u (3) TFUE – Żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Ċertezza legali – Multi”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H. Lundbeck A/S (Valby, id-Danimarka) u Lundbeck Ltd (Milton Keynes, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Subiotto, QC, u T. Kuhn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke, F. Castilla Contreras, B. Mongin, T. Vecchi u C. Vollrath, sussegwenement F. Castilla Contreras, B. Mongin, T. Vecchi, C. Vollrath u T. Christoforou, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-rikorrenti: European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti : F. Carlin, barrister, u M. Healy, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

H. Lundbeck A/S u Lundbeck Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU C 325, 9.11.2013.