Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Lucchini vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-91/10)1

[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza t-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas – Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Bażi legali – Drittijiet tad-difiża – Multi – Gravità u tul tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ sentenza għal annullament f’kawża magħquda”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Lucchini SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment M. Delfino, J. P. Gunther, E. Bigi, C. Breuvart u L. De Sanctis, sussegwentement J. P Gunther, E. Bigi, C. Breuvart u D. Galli, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukat, sussegwentement M. Sauer u R. Striani, aġent, assistiti minn M. Moretto)SuġġettTalba għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza jew għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni u, iktar sussidjarjmanet, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-mu

lta impo

sta fuq ir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Lucchini SpA hija ikkundannata għall-ispejjeż.