Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 - Salej and Technologie Buczek vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Emilian Salej, bħala kuratur għal Technologie Buczek S.A. (Sosnowiec, il-Polonja) u Technologie Buczek S.A. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentant: D. Szlachetko-Reiter, legal adviser)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara invalidi l-Artikoli 1, 3(1) u 3(3) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2000 fil-Każ Nru C-23/2006 (ex NN 35/2006) dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek;

tiddikjara invalidi l-Artikoli 4 u 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 fil-Każ Nru C-23/2006 (ex NN 35/2006) dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek safejn dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw l-irkupru ta' l-għajnuniet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tat-talbiet, ir-rikorrenti jressqu motivi identiċi għal dawk imqajma mir-rikorrenti fil-Kawża T-440/07, Huta Buczek vs Il-Kummissjoni.1

____________

1 - ĠU 2008 C 22, p.50.