Language of document : ECLI:EU:T:2009:483





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2009 – Apache Footwear u Apache II Footwear vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑1/07)

“Dumping − Importazzjonijiet ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam − Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq − Interess tal-Komunità”

1.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Marġni ta’ dumping - Determinazzjoni tal-valur normali - Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq fis-sens tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96 - Applikazzjoni tar-regoli għall-pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq - Applikazzjoni rriżervata għall-produtturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Nru 384/96 - Grupp ta’ kumpanniji (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(7)) (ara l-punti 84, 85)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Regolamenti li jistabbilixxu dazji antidumping (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 96)

3.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l‑punti 111, 112)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ żraben bil-wiċċ tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill‑Vjetnam (ĠU L 352M, p. 485), sa fejn jirrigwarda r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Apache Footwear Ltd u Apache II Footwear Ltd (Qingxin) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea, il-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC), BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas u s-sittax-il intervenjent l-ieħor li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.