Language of document : ECLI:EU:F:2014:217

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tieni Awla)

18 ta’ Settembru 2014

Kawża F-7/13

Luc Radelet

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku – Uffiċjali assenjati f’pajjiż terz – Artikoli 5 u 23 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ akkomodazzjoni mill-istituzzjoni – Awtorizzazzjoni mogħtija lill-uffiċjal sabiex jieħu akkomodazzjoni bil-kera – Rikors għad-danni – Dannu morali – Allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni inkonvenjenti u perikoluża – Assenza ta’ prova”

Suġġett :      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu, skont liema L. Radelet jitlob, essenzjalment, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tas-26 ta’ Marzu 2012 li permezz tiegħu l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet it-talba tiegħu għall-kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mid-“diffikultajiet li rriżultaw meta ġ[ie] biex tirrisjedi f’Antananarivo [(Madagascar)]” u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tikkumpensa l-imsemmi dannu morali.

Deċiżjoni :      Ir-rikors huwa miċħud. L. Radelet għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

Sommarju

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors għad-danni – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni prekontenzjuża li tiċħad talba għad-danni – Talba li ma hijiex awtonoma meta mqabbla mat-talbiet għal kumpens

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

2.      Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Oneru tal-prova – Dokument stabbilit b’mod mhux kontradittorju – Assenza ta’ valur probatorju

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

3.      Uffiċjali – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi tal-uffiċjal – Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 24; Anness X, Artikoli 5 u 23)


1.      Id-deċiżjoni ta’ istituzzjoni li tiċħad talba għad-danni hija parti integrali mill-proċedura amministrattiva minn qabel li ssir qabel rikors għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà ppreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u, konsegwentement, it-talbiet għall-annullament ma jistgħux jiġu evalwati b’mod awtonomu, meta mqabbla mat-talbiet għad-danni. Fil-fatt, l-att li fih it-teħid tal-pożizzjoni tal-amministrazzjoni tal-istituzzjoni matul il-fażi prekontenzjuża għandu biss l-effett illi jippermetti lill-parti li sostniet dannu sabiex tippreżenta talba għad-danni quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(ara l-punt 57)

Referenza:

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: Verheyden vs Il-Kummissjoni, F-72/06, EU:F:2009:40, punt 30

2.      Fil-kuntest ta’ rikors għad-danni ippreżentat minn minn uffiċjal, il-qorti tal-Unjoni ma għndhiex tieħu inkunsiderazzjoni dokument mhux stabbilit b’mod kontradittiorju sabiex tieħu deċiżjoni, bħalma huwa opinjoni esperta prodotta mir-rikorrent u mitluba unikament minnu.

(ara l-punt 90)

3.      Id-dmir ta’ premura, kif ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, jimplikaw b’mod partikolari li, meta tiddeċiedi fuq is-sitwazzjoni ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal, u kif ukoll fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali wiesa’, l-awtorità kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-provi kollha li jistgħu jiddeterminaw id-deċiżjoni li hija għandha tieħu, u b’hekk li tieħu inkunsiderazzjoni, mhux biss l-interess tas-servizz, iżda wkoll dak tal-uffiċjal jew tal-membru tal-persunal ikkonċernat.

It-teħid inkunsiderazzjoni tal-interess personali ta’ dan tal-aħħar ma tistax madankollu, jestendi sal-punt li jimponi fuq l-aministrazzjoni li ma tosservax ir-regoli interni tagħha.

Għalhekk, peress li l-intitolament għall-għamara huwa previst fl-Artikolu 5 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, meta l-istituzzjoni tqiegħed akkomodazzjoni għad-dsipożizzjoni ta’ uffiċjal stazzjonat f’pajjiż terz, u mhux fl-Artikolu 23 tal-istess anness, meta l-uffiċjal ikun awtorizzat li jikri akkomodazzjoni, l-amministrazzjoni ma tkunx qed tonqos mid-dmir tagħha ta’ premura u lanqas mill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba meta tirrifjuta li huwa juża fl-akkomodazzjoni li huwa jkun awtorizzat li jikri, l-għamara mixtrija, fil-kuntest tal-intitolament għall-għamara, għal akkomodazzjoni li tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali.

(ara l-punti 97 u 110 sa 112)

Referenza:

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: Verheyden vs Il-Kummissjoni, F-54/10, EU:F:2011:8, punti 36 u 37, u l-ġurisprudenza ċċitata