Language of document : ECLI:EU:T:2011:193





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2011 – Bongrain vs UASI – apetito (APETITO)

(Kawża T-129/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali APETITO – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti apetito – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 30)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Frar 2009 (Każ R 720/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn apetito AG u Bongrain SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Bongrain SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali APETITO għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3470598

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

apetito AG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Komunitarja apetito, irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 5, 11, 21, 29, 30, 37, 39, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bongrain SA hija kkundannata għall-ispejjeż.