Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2024 – OMV vs EUIPO (Kombinazzjoni tal-kuluri blu u aħdar)

(Kawża T-38/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: OMV AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: C. Schumacher u B. Kapeller-Hirsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-marka ta’ kulur (Kombinazzjoni tal-kuluri blu u aħdar) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 593 116

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 798/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti;

Ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.

____________