Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb)

(Kawża T-656/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Freitag u C. Albrecht, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Reba Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 997/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost mill-forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.The smiley Company SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 61, 1.3.2014.