Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2023 – ST vs Frontex

(Kawża T-600/22) 1

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għal annullament – Id-dritt għall-ażil – Sejħa għal teħid ta’ azzjoni – Sejħa ppreżentata f’isem u għan-nom ta’ persuna li baqgħet anonima – Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża – Artikolu 46(4) tar-Regolament (UE) 2019/1896 – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ST (rappreżentant: F. Gatta, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti: S. Karkala u R.-A. Popa, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob, prinċipalment, abbażi tal-Artikolu 265 TFUE, lill-Qorti Ġenerali li tikkonstata li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) illegalment astjeniet ruħha milli tadotta, skont l-Artikolu 46(4) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU 2019, L 295, p. 1), deċiżjoni li tissospendi jew ittemm l-attivitajiet tiegħu fil-baħar Eġew u, sussidjarjament, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni ta’ Frontex tas-27 ta’ Lulju 2022 li tirrifjuta li tilqa’ s-sejħa għal teħid ta’ azzjoni skont l-Artikolu 46(4) tar-Regolament 2019/1896.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

ST huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 424, 7.11.2022.