Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil nº 4 de Madrid (Spanja) fil-21 ta’ Marzu 2024 – Felicísima vs Iberia Líneas Aéreas de España, Sociedad Anónima Operadora, Sociedad Unipersonal

(Kawża C-218/24, Iberia Líneas Aéreas de España)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil nº 4 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Felicísima

Konvenuti: Iberia Líneas Aéreas de España, Sociedad Anónima Operadora, Sociedad Unipersonal

Domanda preliminari

L-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999 u approvata f’isimha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru 1 , moqrija flimkien mal-Artikolu 22(2) ta’ din il-konvenzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tagħha, l-annimali tal-kumpanija huma esklużi mill-kunċett ta’ “bagalji”, irreġistrati jew le?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491.