Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022 – Giant Electric Vehicle Kunshan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-243/19) 1

(“Sussidji – Importazzjonijiet ta’ roti, b’assistenza ta’ pedali, b’mutur elettriku awżiljarju u li joriġinaw miċ-Ċina – Dazju kumpensatorju definittiv – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72 – Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu – Artikolu 8(1), (2) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/1037 – Kalkolu tat-tnaqqis fil-prezz – Rabta kawżali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Giant Electric Vehicle Kunshan Co. Ltd (Kunshan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: P. De Baere u J. Redelbach, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2019, L 16, p. 5), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Giant Electric Vehicle Kunshan Co. Ltd.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Giant Electric Vehicle Kunshan.

____________

1     ĠU C 206, 17.6.2019.