Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2009 -

Solvay vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/01)1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-sodju fil-Komunità - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Ftehim li jiggarantixxi lil impriża ammont minimu ta' bejgħ fi Stat Membru u x-xiri ta' kwantitajiet neċessarji sabiex jintlaħaq dan l-ammont minimu - Preskrizzjoni tas-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi jew sanzjonijiet - Terminu raġonevoli - Forom proċedurali sostanzjali - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Dritt ta' aċċess għal dokumenti - Multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti u attenwanti")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Solvay SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L.Simont, P. A. Foriers, G. Block, F. Louis u A. Vallery, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u J. Currall, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/5/KE, tat-13 ta' Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/33.133 - B : Karbonat tas-sodju - Solvay, CFK) (ĠU 2003, L 10, p. 1), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/5/KE, tat-13 ta' Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/33.133 - B : Karbonat tas-sodju - Solvay, CFK), huwa annullat sa fejn jiddikjara li Solvay SA kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 KE fl-1990.

2)    L-ammont tal-multa imposta fuq Solvay hija stabbilita għal EUR 2.25 miljun.

3)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)    Ir-rikorrenti tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

5)    Il-Kummissjoni tbati kwart mill-ispejjeż tagħha u kwart mill-ispejjeż tar-rikorrenti.

____________

1 - ĠU C 161, 2.6.2001.