Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2009 - Solvay vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-57/01)1

["Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tas-sodju fil-Komunità (bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda) - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Ftehim ta' akkwisti għal perijodu eċċessivament twil - Skont ta' lealtà - Preskrizzjoni tas-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi jew sanzjonijiet - Terminu raġonevoli - Forom proċedurali sostanzjali - Suq ġeografiku rilevanti - Eżistenza tal-pożizzjoni dominanti - Użu abbużiv tal-pożizzjoni dominanti - Dritt ta' aċċess għal dokumenti - Multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti - Reċidiv - Ċirkustanzi attenwanti"]

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Solvay SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Simont, P. A. Foriers, G. Block, F. Louis u A. Vallery, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u J. Currall, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/6/KE, tat-13 ta' Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 [KE] (Każ COMP/33.133 - C : Karbonat tas-sodju - Solvay) (ĠU 2003, L 10, p. 10), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv SEQ CHAPTER \h \r 1

1)    L-ammont tal-multa imposta fuq Solvay SA fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/6/KE, tat-13 ta' Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 [KE] (Każ COMP/33.133 - C : Karbonat tas-sodju - Solvay), hija stabbillita għal EUR 19 miljun.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Ir-rikorrenti tbati l-ispejjeż tagħha u 95 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

4)    Il-Kummissjoni tbati 5 % tal-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 161, 2.6.2001.