Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 – STEF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-428/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Deċizjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni ta’ innoċenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Samband tónskálda og eigenda flutningsréttar (STEF) (Reykjavík, l-Islanda) (rappreżentant: H. Melkorka Óttarsdóttir, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u J. Bourke, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).DispożittivL-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC), huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil Samband tónskálda og eigenda flutningsréttar (STEF).Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.