Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 - CEAHR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-427/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération Européenne des Associations d'Horlogers-Réparateurs (CEAHR) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Mathijsen, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe(2008) D/204448 tal-10 ta' Lulju 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kawża inkwistjoni, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe(2008) D/204448 tal-10 ta' Lulju 2008 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet, minħabba nuqqas ta' interess Komunitarju, l-ilment tar-rikorrenti dwar l-allegat ksur tal-Artikoli 81 u 82 KE relatat mar-rifjut tal-manifatturi tal-arloġġi li jipprovdu spare parts lil arluġġara indipendenti [Każ C(2008)3600].

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret it-Trattat billi biddlet l-ilment tar-rikorrenti u għaldaqstant, applikat fatti materjalment inkorretti fid-deċiżjoni tagħha.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta' liġi u kisret l-Artikoli 81 u 82 KE billi ddeċidiet li l-manifatturi tal-arloġġi ilmentaw li kellhom pożizzjoni dominanti u li r-rifjut tagħhom li jbigħu spare parts barra mis-sistema ta' distribuzzjoni selettiva jikkostitwixxi abbuż tal-pożizzjoni dominanti tagħhom. Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li kien hemm akkordji jew prattiċi miftiehma bejn il-manifatturi tal-arloġġi.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni abbużat mis-setgħa tagħha billi użat l-argument tan-nuqqas ta' interess Komunitarju wara li saret investigazzjoni tal-ilment tar-rikorrenti matul erba' snin.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tagħti raġunijiet u għalhekk kisret l-Artikolu 253 KE.

Fl-aħħar nett, fil-fehma tar-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' imparzjalità fl-investigazzjoni tal-ilment tagħha.

____________