Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2013 – Endoceutics vs UASI - Merck (FEMIVIA)

(Kawża T-324/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Quebec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2013, fil-Każ R 1021/2012-4;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni, jiġifieri l-applikazzjoni għat-trade mark FEMIVIA bin-numru 9 386 343;

tordna lill-parti l-oħra tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti kemm għal din il-kawża kif ukoll għall-proċeduri quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “FEMIVIA” għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 386 343

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “FEMIVIA”, għal prodotti fil-klassi 5 u r-reġistrazzjoni internazzjonali b’effett fl-Unjoni Ewropea għat-trade mark figurattiva bil-kuluri iswed u abjad “femibion” għal prodotti fil-klassijiet 5,  29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata hija annullata u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja hija miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.