Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2013 – Pure Fishing vs UASI – Łabowicz (NANOFIL)

(Kawża T-323/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pure Fishing, Inc. (Spirit Lake, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Dickerson, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell : Edward Łabowicz (Kłodzko, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fil-Każ Nru R 1241/2012-2;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9611872; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “NANOFIL” għal prodotti fil-klassi 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9611872

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tat-trade mark figurattiva “NANO” għal prodotti fil-klassi 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.