Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2014 – Adorisio et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-321/13) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna migħtija lil banek matul il-kriżi – Rikapitalizzazzjoni ta’ SNS Reaal u SNS Bank – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Esproprijazzjoni ta’ detenturi ta’ obbligi ssubordinati – Assenza ta’ interess ġuridiku – Assenza ta’ locus standi – Inammissibbiltà manifesta”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stefania Adorisio (Ruma, l-Italja) u t-363 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: F. Sciaudone, L. Dezzani, R. Sciaudone, S. Frazzani u D. Contini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P. J. Loewenthal, aġenti)SuġġettTalba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1053 finali, tat-22 ta’ Frar 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35382 (2013/N) – Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi – Salvataġġ ta’ SNS Reaal 2013.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.Stefania Adorisio u t-363 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness, huma kkundannati għall-ispejjeż.