Language of document : ECLI:EU:T:2014:672





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2014 — Endoceutics vs UASI – Merck (FEMIVIA)

(Kawża T‑324/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FEMIVIA — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FEMIBION — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark figurattiva preċedenti femibion — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19‑22, 29)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali FEMIVIA u trade mark figurattiva femibion (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26‑28, 45‑49)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2013 (Każ R 1021/2012‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merck KGaA u Endoceutics, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Endoceutics, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.