Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2013 – H&M Hennes & Mauritz vs UASI – Yves Saint Laurent (handbags)

(Kawża T-525/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H&M Hennes & Mauritz BV & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Yves Saint Laurent SAS (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), mogħtija fit-8 ta’ Lulju 2013 fil-Każ R 207/2012-3,

tiddikjara l-invalidità tad-disinn Komunitarju rreġistrat bin-Nru 61 3294-0001;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell;

barra minn hekk, fil-każ li l-parti l-oħra tintervjeni fil-każ, tikkundanna lil Yves Saint Laurent SAS għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li kien is-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn għal “handbags” - disinn Komunitarju rreġistrat bin-Nru 61 3294-0001

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrenti

Motivi invokati insostenn tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: nuqqas ta’ karattru individwali abbażi tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.