Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fid-19 ta’ Lulju 2023 – E. sp. z o.o. vs Prezydent Miasta Mielca

(Kawża C-453/23, Prezydent Miasta Mielca)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E. sp. z o.o.

Konvenut: Prezydent Miasta Mielca

Parti intervenjenti: Rzecznik Małych i Średnich Przedsiębiorców

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-għoti ta’ tnaqqis fiskali mill-Istat Membru lill-impriżi kollha, bħal fil-każ tal-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tal-ustawa z dnia 12 stycznia 1991 r. o podatkach i opłatach lokalnych (il-Liġi tat-12 ta’ Jannar 1991 dwar it-Taxxi u Imposti lokali) (Dz. U. tal-2019, pożizzjoni 1170 kif emendata), li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa immobiljari tal-artijiet, binjiet u kostruzzjonijiet li jiffurmaw parti mill-infrastruttura ferrovjarja skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport ferrovjarju għad-dispożizzjoni tal-operaturi ferrovjarji, joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, imprenditur li jkun ibbenefika mill-eżenzjoni fiskali fuq il-bażi tad-dispożizzjoni nazzjonali msemmija iktar ’il fuq, introdotta mingħajr ma ġiet segwita l-proċedura meħtieġa ddeterminata mill-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 1 huwa obbligat iħallas it-taxxa dovuta flimkien mal-interessi?

____________

1 ĠU 2015, L 248, p. 9.